Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Frar 2012 - Région wallonne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/09)

("Ambjent -Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta'gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, għall-Belġju għall-perijodu mill-2008 sal-2012 - Artikolu 44 tar-Regolament Nru 2216/2004/KE- Korrezzjoni posterjuri - Operatur ġdid - Deċiżjoni li tinkariga lill-amministratur ċentrali tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex idaħħal il-korrezzjoni fit-tabella 'Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni'")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Région wallonne (il-Belġju) (rappreżentanti: J. M. De Backer, A. Lepièce, I. S. Brouhns u S. Engelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: E. White u O. Beynet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2009 dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Renju tal-Belġju għall-perijodu mill-2008 sal-2012, li tinkariga lill-amministratur ċentrali tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex idaħħal il-korrezzjoni fit-tabella "Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni" Belġjan.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2009 li tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali biex idaħħal korrezzjoni fit-tabella "Pjan Nazzjonali ta' Allokazzjoni" Belġjan fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, sa fejn tirrifjuta li tagħti struzzjoni lill-imsemmi amministratur li jdaħħal korrezzjoni ta' allokazzjoni favur l-installazzjoni 116 imsejħa "Arcelor-Cockerill Sambre_HF6_Seraing", kif mitlub mir-Renju tal-Belġju fl-ittra tiegħu tat-18 ta' Frar 2009, tiġi annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 193, 15.08.2009.