Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2012 - Geipel vs UASI - Reeh (BEST BODY NUTRITION)

(Kawża T-138/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Yves Geipel (Auerbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jörg Reeh (Buxtehude, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2010 u tiċħad l-oppożizzjoni tal-24 ta' Lulju 2009;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "BEST BODY NUTRITION" (Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 982 101, li tindika l-Unjoni Ewropea) għal prodotti fil-klassijiet 25, 28, 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Jörg Reeh

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 020 161 "BEST4BODY" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________