Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2012 - FunFactory vs UASI (Trade mark tridimensjonali fil-forma ta' vibratur)

(Kawża T-137/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FunFactory GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-D. Franzen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata (R 1436/2011-4) tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Jannar 2012;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta' appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta' vibratur (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 390 691) għal prodotti fil-klassi 10.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija ta' karattru distintiv u ma tiddeskrivix il-prodotti inkwistjoni; ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-dritt għal smigħ.

____________