Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Novembru 2012 - Geipel vs UASI - Reeh (BEST BODY NUTRITION)

(Kawża T-138/12) 

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Yves Geipel (Auerbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u R. Pethke, aġenti)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jörg Reeh (Buxtehude, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Jannar 2012 (Każ R 2433/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Jörg Reeh u Yves Geipel.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 157, 02.06.2012.