Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Jannar 2013 - FunFactory vs UASI (Vibrateur)

(Kawża T-137/12) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali - Vibratur - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FunFactory GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-D. Franzen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Jannar 2012, (Każ R 1436/2011-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark tridimensjonali fil-forma ta' vibratur.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

FunFactory GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 157, 02.06.2012.