Rikors ippreżentat fis-6 ta' Diċembru 2012 - Tifosi Optics vs UASI - Tom Tailor (T)
(Kawża T-531/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tifosi Optics, Inc. (Watkinsville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tom Tailor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 729/2011-2 fl-intier tiegħu, u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "T", għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 543 183
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 1 368 232 għat-trade mark figurattiva "T", għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25; t-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 2 747 996 għat-trade mark figurattiva "T", għal prodotti fil-klassijiet 3, 6, 9, 14, 18, 21, 24, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________