Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 – IBSolution vs UASI – IBS (IBSolution)

(Kawża T-533/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IBSolution – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IBS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IBSolution GmbH (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: IBS AB (Solna, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2012 (Każ R 771/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IBS AB u IBSolution GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.IBSolution GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.