Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża T-530/12 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi tal-Unjoni – Nuqqas gravi fit-twettiq tal-obbligi tal-uffiċjali – Artikoli 12a u 22a tar-Regolamenti tal-Persunal – Denunzja mill-appellant – Assenjazzjoni mill-ġdid wara din id-denunzja – Assenza ta’ konsultazzjoni mal-OLAF mis-superjur dirett li rċieva l-informazzjoni – Atti li jikkawżaw preġudizzju – Bona fides – Drittijiet tad-difiża – Kompetenza tal-awtur tal-att”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment G. Nijborg, sussegwentement U. Schwab u M. Lernhart, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10), hija annullata sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ Moises Bermejo Garde intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) Nru°133/10 A, tal-24 ta’ Marzu 2010, li twaqqfu milli jeżerċita l-funzjonijiet preċedenti tiegħu u tad-deċiżjoni tal-KESE Nru 184/10 A, tat-13 ta’ April 2010, dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tiegħu.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.