Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża T-529/12 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ħatra f’pożizzjoni ta’ direttur – Irtirar tal-kandidatura tar-rikorrent – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Talbiet għal annullament – Annullament fl-ewwel istanza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat għal inkompetenza tal-awtur tal-att – Assenza ta’ risposta espliċita għall-motivi u għall-argmenti kollha fformulati mill-partijiet – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Inammissibbiltà tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat – Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għad-danni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Kawża fi stat li tiġi deċiża – Ċaħda tar-rikors”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Lernhart, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10), hija annullata sa fejn ċaħdet it-talba għad-danni tar-rikorrent mingħajr motivazzjoni.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.It-talba għad-danni fformulata minn Moises Bermejo Garde quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda.Moises Bermejo Garde għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati ma’ din l-istanza.Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u kemm mal-istanza preżenti kif ukoll l-ispejjeż ta’ Moises Bermejo Garde sostnuti fl-ewwel istanza.