Language of document : ECLI:EU:T:2014:855





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2014 —
Tifosi Optics vs UASI – Tom Tailor (T)

(Kawża T‑531/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti T — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni– Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell — Stħarriġ tal-klassifikazzjoni ġuridika mogħtija lill-fatti tat-tilwima — Stħarriġ tal-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ kontestazzjoni tal-konstatazzjonijiet fir-rigward tax-xebh tal-prodotti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punti 27, 28)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34-36, 85)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38, 39)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi T (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 88-92)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 729/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tom Tailor GmbH u Tifosi Optics, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tifosi Optics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Tom Tailor GmbH.