Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2010 - Apotheke DocMorris vs UASI (rappreżentazzjoni ta' salib aħdar u abjad)

(Kawża T-196/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apotheke DocMorris Holding GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: Y. Dick, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) tat-23 ta' Frar 2010 fil-Kawża R 470/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark figurattiva li tirrappreżenta salib aħdar u abjad, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 16, 21, 25, 29, 30, 32, 35-42 u 44 − Applikazzjoni Nru 5 930 979

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar il-karattru distintiv kienet żbaljata f'diversi aspetti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1).