Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Mejju 2011 - IIC Intersport International vs UASI - McKenzie (McKENZIE)

(Kawża T-502/07) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE - Trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti McKINLEY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IIC-Intersport International Corporation GmbH (Ostermundigen, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Steinhauser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The McKenzie Corp. Ltd (Ponteland Village, Newcastle Upon Tyne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Alexander, QC, R. Kempner u O. M. Delafaille, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1425/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn The McKenzie Corporation Ltd u IIC - Intersport International Corp. GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

IIC - Intersport International Corp. GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 51, 23.2.2008.