Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2011 - Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/08)1

"Għajnuna mill-Istat - Ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka - Irkupru ta' krediti pubbliċi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta' għajnuna mill-Istat - Kriterju tal-kreditur privat"

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Buczek Automotive sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gackowski, sussegwentement minn D. Szlachetko-Reiter u fl-aħħar minn J. Jurczyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Gross, M. Kaduczak, A. Stobiecka-Kuik u K. Herrmann, sussegwentement minn A. Stobiecka-Kuik, K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Niechciała, sussegwentement minn M. Krasnodębska-Tomkiel u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26).

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group, huwa annullat.

2)    L-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2008/344 huma annullati, sa fejn jirrigwardaw lil Buczek Automotive sp. z o.o.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Buczek Automotive, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)    La Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 64, 8.3.2008.