Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Diċembru 2007 - IIC-Intersport International Corporation vs L-UASI McKenzie Corporation (McKENZIE)

(Kawża T-502/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IIC-Intersport International Corporation GmbH (Ostermundigen, l-Iżvizzera) (rappreżentant: P.J.M. Steinhauser, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : The McKenzie Corporation Ltd (Newcastle Upon Tyne, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni appellata tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża R 1425/2006-2 u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta' Settembru 2006 li biha l-oppożizzjoni ta' Intersport ġiet milqugħa fir-rigward ta' ċerti prodotti kkonċernati.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: IIC-Intersport International Corporation Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja "Mckenzie" għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 18, 25, 36 u 37

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: IIC-Intersport International GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti "MCKINLEY" għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 18, 20, 22, 25 u 28 u t-trade mark verbali Komunitarja "MCKINLEY" għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 12, 18, 20, 22, 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha u jippermetti li ssir ir-reġistrazzjoni

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

____________