Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2008 - Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/08 R)

("Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Artikolu 105(2) tar-Regoli tal-Proċedura" )

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Buczek Automotive sp, z o.o. (Sosnowiec, Il-Polonja) (rappreżentant: T. Gackowski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2007) 5087 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek.

Dispożittiv

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2007) 5087 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek hija sospiża, safejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lil Buczek Automotive sp. Z o.o., sa l-adozzjoni tad-digriet li jikkonkludi dawn il-proċeduri għal miżuri provviżorji.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________