Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 – Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serco Belgium (Brussell, il-Belġju); SA Bull NV (Auderghem, il-Belġju); u Unisys Belgium (Brussell) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Ottubru 2013, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tal-31 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tal-konsorzju OPTIMUS DIGIT/R2/PO/2012/026 – ITIC-SM (IT service management for the integrated and consolidated IT desktop environment of the European Commission) (ĠU 2012/S 69-112095) u tagħti l-kuntratt lill-konsorzju GISID; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed.

It-talba tar-rikorrenti ġiet miċħuda minħabba l-punti baxxi ħafna mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ subkriterji tal-għoti relatati mal-persunal. Fil-qosor, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-numru ta’ persunal propost mir-rikorrenti huwa baxx wisq u għalhekk mhux xieraq sabiex jiżgura l-kwalità ta’ servizz mitluba.

It-talba tar-rikorrenti ssostni li l-offerta tagħhom ġiet miċħuda abbażi ta’ kriterji ta’ għoti illegali. Is-subkriterji relatati mal-persunal ma humiex intiżi sabiex jidentifikaw l-offerta li hija ekonomikament l-iktar vantaġġuża peress illi:

kif il-Kummissjoni espressament tammetti, it-tweġibiet għal dawn il-kriterji pprovduti mill-offerenti ma jagħtux lok għal rekwiżiti (kuntrattawli). Ir-rikorrenti jsostnu li jmur kontra d-dritt tal-UE li l-offerenti jiġu evalwati abbażi ta’ dikjarazzjonijiet li ma humiex vinkolanti;dawn is-subkriterji ma humiex relatati mal-kwalità tal-offerta (il-livell ta’ servizz li ser jiġi pprovdut) iżda pjuttost mal-abbiltà intrinsika tal-offerenti li jimpenja ruħu li jipprovdi numru suffiċjenti ta’ persunal sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ twettiq imposti mill-ftehim ta’ livell ta’ servizz (FLS). Dawn is-subkriterji huma għaldaqstant kriterji ta’ selezzjoni;peress li ma ssemmiex l-aħjar numru ta’ persunal u ma ngħatat ebda indikazzjoni preċiża dwar kif il-Kummissjoni kienet tagħti valur għan-numru indikat ta’ persunal, u peress li l-element essenzjali tal-proġett ta’ integrazzjoni u konsolidazzjoni tal-Kummissjoni, kif kien ċar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, huwa li jintlaħaq il-livell għoli ta’ kwalità kuntrattwalment impost bl-

iktar mod effiċjenti, dawn is-subkriterji wasslu għal riżultat mhux prevedibbli;fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kif ir-rikorrenti jkunu jistgħu jwettqu id-dmirijiet tagħhom skont it-termini offerti (minħabba n-numri insuffiċjenti pperċeptiti ta’ persunal), imissha talbet kjarifiki qabel ma ċaħdet offerta li kienet EUR 47 miljun orħos mill-offerta rebbieħa.