Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 – Nezi vs UASI – Etam (E)

(Kawża T-645/13)

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Efcharis Nezi (Mykonos, il-Greċja) (rappreżentant: A. Salkitzoglou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etam SAS (Clichy, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 329/2013-4 ;

temenda d-deċiżjoni inkwistjoni sabiex tirreġistra t-trade mark tar-rikorrenti għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti inklużi l-ispejjeż kollha tal-intervenjenti possibbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Efcharis Nezi

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “E” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 18, 25, 26, 35 u 40 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja bin-numru 8701138.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja “E” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

Motivi invokati:

–    interpretazzjoni żbaljata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ;

–    interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009;

–    interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009;

–    interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009; u

–    interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 15 u 42 tar-Regolament Nru 207/2009.