Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-4 ta’ Frar 2014 – Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/13 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serco Belgium SA (Brussell, il-Belġju); SA Bull NV (Brussell); u Unisys Belgium SA (Brussell) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, L. Cappelletti u F. Moro, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju fformat mir-rikorrenti fil-kuntest tas-seħja għal offerti DIGIT/R2/PO/2012/026 – ITIC-Stat Membru (ġestjoni tas-servizz informatiku għall-ambjent tal-uffiċju integrat u kkonsolidat tal-Kummissjoni) (ĠU 2012/S 69 -112095) u li tagħti l-kuntratt lil konsorzju ieħor, it-tieni nett, li tipprojbixxi lill-Kummissjoni milli tikkonkludi l-kuntratt-qafas inkwistjoni kif ukoll kuntratti speċifiċi fil-kuntest ta’ dan u, it-tielet nett, li tordna kwalunkwe miżura provviżorja oħra li tkun xierqa.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.