Language of document : ECLI:EU:T:2016:145





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2016 –

Nez vs UASI – Etam (E)

(Kawża T‑645/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva E – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti E – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Reputazzjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 42, 43)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 59, 60)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 71, 83-85, 89)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi E u E [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 91, 99-101, 109, 110)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta' evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 93)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5) (ara l-punti 113, 114)

7.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Assenza ta’ dispożizzjoni kontrarja (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2))(ara l-punti 121-123)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 329/2013‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etam SAS u Evcharis Nezi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

3)

Evcharis Nezi u Etam SAS huma kkundannati li jbatu kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), kif ukoll li jbatu kull waħda minnhom l-ispejjeż tagħhom stess.