Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Bimbo vs EUIPO – A3-MED (BimboDorm)

(Kawża T-1161/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bimbo SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A3-MED Srl (Zola Predosa, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “BimboDorm” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 548 097

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 366/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________