Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Spin Master Toys UK vs EUIPO – Verdes Innovations (Forma ta’ kubi b’żewġ kuluri)
(Kawża T-1171/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Spin Master Toys UK Ltd (Marlow, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. von Bomhard u A. Malkmes, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verdes Innovations SA (Corinthos, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ kubi b’żewġ kuluri) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 696 232
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 850/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 40/94.
____________