Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2014 – Faktor, B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/12) 1

(“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Dewmien – Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: H. Mackiewicz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 554/2012, tad-19 ta’ Ġunju 2012, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 166, p. 20).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina, Gęsina Wojciech hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 71, 09.03.2013