Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – RFA International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/12) 1

(“Dumping – Importazzjoni tal-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja – Ċaħda tat-talbiet ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Entità ekonomika waħda – Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping – Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali – Bdil fiċ-ċirkustanzi – Artikolu 2(9) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RFA International LP (Calgary, il-Kanada) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2012) 5577 finali, C (2012) 5585 finali, C (2012) 5588 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali, tal-10 ta’ Awwissu 2012, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrifjutaw ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li t-talba tagħhom ġiet iddikjarata inammissibbli minħabba l-iskadenza tat-terminu legali.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.RFA International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż.