Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2010 - Reisenthel vs UASI - Dynamic Promotion (kaxxi li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin u basktijiet)
(Kawża T-53/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Peter Reisenthel (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Aliki Busse, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dynamic Promotion Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell, tas-6 ta' Novembru 2009 u tal-10 ta' Diċembru 2009, fil-Każ R 621/2009-3;
sussidjarjament, tqiegħed lir-rikorrent fis-sitwazzjoni preċedenti tiegħu;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn Komunitarju Nru 217955-0001 għal "kaxxi li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin u basktijiet"
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Dynamic Promotion Co. Ltd
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrent
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli
Motivi invokati: ksur tad-dritt għal smigħ u eżerċizzju inkorrett tas-setgħa diskrezzjonali mill-Bord tal-Appell.
____________