Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, u T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2013) 4424 finali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 1 u tal-Artikolu 108(2) TFUE

Hawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali mingħajr ma ssodisfat l-obbligu speċjali tagħha ta’ diliġenza li tistabbilixxi l-fatti kompletament. Kieku l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet il-fatti bid-diliġenza meħtieġa, ma kienx ikun hemm raġuni sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-fatti

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni injorat il-fatti li huma l-bażi ta’ dan il-każ, jiġiferi l-funzjonament tal-liġi dwar il-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, b’mod partikolari s-sistema tal-flussi finanzjarji prevista taħt din il-liġi. Minbarra dan, il-Kummissjoni ma rrikonoxxietx ir-rwol “tal-Istat” bħala leġiżlatur u bħala korp b’responsabbiltà għall-awtoritajiet ta’ superviżjoni u ddeduċiet b’mod żbaljat minn dan sitwazzjoni ta’ kontroll.It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ma ġewx ipprivileġġati utenti intensivi tal-enerġija permezz ta’ skema speċjali ta’ kumpensIr-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE billi aċċettat, bi ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, li l-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija huma pprivileġġati.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li ngħatax vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-IstatHawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wkoll wettqet żball ta’ liġi billi applikat l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn aċċettat li awtoritajiet pubbliċi kellhom kontroll fuq l-assi ta’ diversi kumpanniji privati li jipparteċipaw fl-iskema tal-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.Il-ħames motiv ibbażat fuq interpretazjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 30 u 110 TFUEBil-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proċedura amministrattiva regolari u l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta rrevediet il-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu skont l-Artikoli 30 u 110 TFUE, minkejja li ilha taf bil-metodu li bih din il-liġi tiffunzjona għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiżbalja wkoll fil-liġi billi tapplika l-A

rtikoli 30 u 110 TFUE għaliex la teżisti tassazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas sitwazzjoni ta’ diskriminazzjo

ni.