Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 - Sanatur vs UASI - Sektkellerei Schloss Wachenheim (life light)

(Kawża T-222/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sanatur GmbH (Singen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wiume)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG (Trier, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1257/2006-1;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk li jikkonċernaw il-proċedimenti ta' appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "life light" għal prodotti fil-klassi 32 (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 3 192 481)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Ġermaniża "LIGHT live" għal prodotti fil-klassi 32 (Trade mark Nru 302 00 216)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-Oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/941 minħabba nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).