Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2008 - Iranian Tobacco vs UASI -AD Bulgartabac (Bahman)

(Kawża T-223/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Tobacco Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: AD Bulgartabac Holding (Sofia, il-Bulgarija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-10 ta' April 2008 - R 709/2007-1, mogħtija fil-15 ta' April 2008;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż irkuprabbli inklużi l-ispejjeż tal-kawża prinċipali u dawk tal-konvenut,

sussidjarjament, fil-każ ta' annullament tad-deċiżjoni ta' l-10 ta' April 2008 u dik tas-7 ta' Marzu 2007 - 1415C - tiddikjara, li t-talba ta' l-intervenjenti tat-8 ta' Novembru 2005 ma kinitx ammissibbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurattiva "Bahman" għal prodotti fil-klassi 34 (trade mark Komunitarja Nru 427 336).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: AD Bulgartabac Holding.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors tar-rikorrent.

Motivi invokati: Ir-rekwiżiti għall-ammissibbiltà tat-talba ta' AD Bulgartabac li kellhom jiġu eżaminati ex officio ma ttieħdux in kunsiderazzjoni bi ksur tad-dritt Komunitarju, tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 u ta' prinċipji oħrajn ta' proċedura.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).