Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 - Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI - Schwarzbräu (ALASKA)

(Kawża T-225/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 (Każ R 877/2004-4);

tħassar kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 505 552 "ALASKA" minħabba raġunijet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tiddikkjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 505 552 "ALASKA" ta' l-anqas għall-prodotti segwenti: "ilma minerali u ilma bil-gass u kull tip ieħor ta' xorb mhux alkoħoliku fil-klassi 32".

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva "ALASKA" għall-prodotti fil-klassi 32 (trade mark Komunitarja Nru 505 552).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Schwarzbräu GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell tar-rikorrenti

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.1

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1)