Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Diċembru 2009 - Iranian Tobacco vs UASI - AD Bulgartabac (Bahman)

(Kawża T-223/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva Bahman - Nuqqas tar-rekwiżit ta' interess ġuridiku - Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Tobacco Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AD Bulgartabac Holding Sofia (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Maček, avukat)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' April 2008 (Każ R 709/2007-1), dwar proċedimenti ta' revoka bejn AD Bulgartabac Holding Sofia u Iranian Tobacco Co.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Iranian Tobacco Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008