Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI - Schwarzbräu (ALASKA)

(Kawża T-225/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva ALASKA - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Schlarmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' April 2008 (Każ R 877/2004-4) fir-rigward ta' proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 223, 30.8.2008.