Language of document : ECLI:EU:T:2009:463





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2009 – Szomborg vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑228/08)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas mill-Kummissjoni li tippreżenta evalwazzjoni xjentifika fit-terminu previst – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati - Ommissjoni tal-Kummissjoni li tagħmel evalwazzjoni xjentifika tal-effetti tal-użu ta’ ċerti xbiek tas-sajd fuq iċ-ċetaċji - Inammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2187/2005, Artikoli 9(1) u 27) (ara l‑punti 15‑19)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Dispożizzjoni ta’ regolament li tobbliga lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni xjentifika tal-effetti tal-użu ta’ ċerti xbiek tas-sajd fuq iċ-ċetaċji - Rikors ta’ sajjied li jappartjeni għal subgrupp ta’ sajjieda separat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 21‑26)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tippreżenta, fit-terminu previst, l-evalwazzjoni xjentifika prevista fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005, tal-21 ta’ Diċembru 2005, għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 175M, p. 337).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Grzegorz Szomborg huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.