Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/09) 1

(“Sistema lingwistika – Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti – Lingwa tal-provi – Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u J. Baquero Cruz, sussegwentement J. Curall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Drēviņa, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press” [tħejjija għall-istampar], ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 63 A, p. 1).

Dispożittiv

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press”, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009, huma annullati

Ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 180, 1.8.2009.