Language of document : ECLI:EU:T:2013:416





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 —
L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑218/09)

“Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali”

1.                     Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi speċifiċi — Motivazzjoni — Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1) u (6), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, u l-Artikolu 28(f); Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 19-28)

2.                     Rikorsi tal-uffiċjali — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Aspettattiva leġittima tal-kandidati magħżula — Assenza ta’ kontestazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjoni (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punti 36, 37)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre‑press” [tħejjija għall-istampar], ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 63 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre‑press”, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009, huma annullati.

2)

Ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.