Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/10) 1

(“Rikors għal annullament – Rappreżentazzjoni tal-partijiet – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Derivados del Acero, SA (Catarroja, Spanja) (rappreżentanti: inizzjalment M. Escuder Tella, F. Palau-Ramírez u J. Viciano Pastor, avukati, sussegwentement M. Escuder Tella u J. Viciano Pastor, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Castilla Contreras u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-Prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissoni C (2010) 6676 finali, tal-4 ta’ April 2011.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Productos Derivados del Acero, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni.