Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Versalis u Eni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/08) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Gomma Chloroprene - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju − Ksur uniku u kontinwu − Multi − Gravità u tul tal-ksur − Reċidiva - Effett dissważiv - Ċirkustanzi attenwanti - Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni − Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 − Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versalis SpA, li qabel kienet Polimeri Europa SpA (Brindisi, l-Italja); u Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, G.M. Roberti, F. Moretti, I. Perego, F. Cannizzaro, V. Ruotolo, V. Larocca u D. Durante, sussegwentement M. Siragusa, G.M. Roberti, F. Moretti, I. Perego, F. Cannizzaro, V. Larocca u D. Durante, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta' Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 - Gomma Chloroprene), sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

L'ammont tal-multa imposta in solidum lil Eni SpA u lil Versalis SpA, għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta' Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 - Gomma Chloroprene), hija ffissata għal EUR 106 200 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Eni u Versalis għandhom ibatu 80 % tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll 80% tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 20 % tal-ispejjeż ta' Eni u ta' Versalis.

____________

1 - ĠU C 92, 12.04.2008.