Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2008 - ars Parfum Creation & Consulting vs L-UASI (Forma ta' flixkun tal-fwieħa).

(Kawża T-104/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ars Parfum Creation & Consulting (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Novembru 2007 (Kawża R 1656/2006-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-forma ta' flixkun tal-fwieħa għal prodotti fil-klassi 3 (Applikazzjoni Nru 4 995 361).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jirrifjuta l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għandha karattru distintiv.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).