Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 - Polimeri Europa u Eni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Polimeri Europa SpA (Brindisi, L-Italja), Eni SpA (Ruma, L-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. M. Roberti, F. Moretti, I. Perego, F. Cannizzaro, V. Ruotolo, V. Larocca u D. Durante, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni, b'mod komplet jew parzjalikompletament jew parzjalment, b'mod partikolari safejn din tirrigwardhom, b'kull konsegwenza fuq l-ammont tal-multa;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, ħlasijiet u onorarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-B'deċiżjoni tal-5 ta' Diċembru 2007, C(2007) 5910 finali fil-Kawża CONP/F/38629 - Gomma Chloroprene ("CR") - (iktar 'il quddiem id-"Deċiżjoni"), il-Kummissjoni qieset lil Polimeri Europa u lil Eni bħala responsabbli in solidum, flimkien ma' impriżi oħra, għal ksur ta' l-Artikolu 81 KE, talli (i) ftehmu fuq it-tqassim u l-istabbilizzazzjoni tas-swieq, ta' l-ishmal-kwoti tas-suq u tal-bejgħ, (ii) stabbilixxew u implimentaw żiediet fil-prezz għall-gomma chloroprene, kif ukoll prezzijiet minimi, (iii) qassmu l-klijentela u (iv) għaddew informazzjoni kummerċjali riżervata lil xulxin.

In sostenn tal-kontestazzjoni tal-ksur tad-dispożizzjoni msemmija, Polimeri Europa u Eni jallegaw li d-Deċiżjoni hija żbaljata fil-mertu minħabba:

Ksur ta' l-Artikolu 81 KE u nuqqas ta' motivazzjoni għall-attribuzzjoni inġustifikata ta' responsabbiltà lil Eni għal atti magħmula minn kumpannija kontrollatasussidjarja. F'dan ir-rigward jiġi osservat li r-responsabbiltà tal-kumpannija kontrollanti prinċipali ma tistax tiġi sostnuta biss abbażi tat-titolarità ta' l-fatt li hija 100% proprjetarja tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja u li l-konvenuta ma evalwatx b'mod korrett l-elementi li kienu juru l-awtonomija effettiva tal-kumpanniji kkontrollati sussidjarji fir-rigward tal-kumpannija kontrollantiprinċipali.

Kuntrast ma' l-ittra ta' l-għeluq tal-proċedura amministrattiva fil-konfront ta' l-impriża responsabbli sa l-1 ta' Jannar 2002 ta' mill-attività CR, Syndial S.p.A. (iktar 'il quddiem "Syndial") u ksur tad-dritt ta' difiża.

Ksur ta' l-Artikolu 81 KE u nuqqas ta' motivazzjoni għall-attribuzzjoni inġustifikatażbaljata ta' r-responsabbiltà lil ta' Polimeri Europa għal fatti li seħħew f'perijodu li fih mhux hija, iżda kumpannija oħra kienet tmexxi l-attività tal-CR.

Nuqqas u kontradizzjoni ta' motivazzjoni, nuqqas ta' investigazzjoni u ksur ta' l-Artikolu 81 KE dwar l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi.

Nuqqas u kontradizzjoni ta' motivazzjoni tad-Deċiżjoni, nuqqas ta' investigazzjoni u ksur ta' l-Artikolu 81 KE f'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni evalwazzjoni tal-ksur bħala uniku u kontinwat.

Komputazzjoni żbaljata tal-perijodu tat-tul ta' żmien tal-ksur fid-dawl ta' l-elementi ta' prova għad-dispożizzjoni.

Ir-rikorrenti josservaw ukoll kif il-multa imposta fuqhom hija illeġittima illegali minħabba li tikser l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003 KE, kif ukoll il-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi.

F'dan ir-rigward huma kkontestati jinvokaw kemm il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità għaż-żiediet mogħtija minħabba reċidività u għal effett ta' dissważjoni, kif ukoll igħan-nuqqas ta' motivazzjoni għan-nuqqas milli jingħatawgħad-deċiżjoni li ma jiġux konċessi iċ-ċirkuostanzi attenwanti, b'relazzjoni fid-dawl tagħar-rwol passiv jew minuri li kien hemm fil-ksur, tagħall-parteċipazzjoni limitata fl-aġir illegali, tagħall-waqfien tal-parteċipazzjoni f'dan l-aġir u tagħan-nuqqas milli jiġi implimentat dan il-ftehimta' implimentazzjoni ta' l-akkordji. Barra minn hekk, Polimeri Europa u Eni jinvokaw ukoll in-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni tal-kollaborazzjoni ta' Syndial u ta' Polimeri Europa għall-finijiet ta' tnaqqis ta' l-ammont tal-multa skond il-Linji Gwida msemmija.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti jinvokaw ksur ta' l-Artikolu 81 KE u tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-non impożizzjoni ta' multi jew tnaqqis ta' l-ammont tagħhom fil-kawżi dwar akkordji bejn impriżi talli minħabba li l-Kummissjoni evalwat b'mod żbaljat il-valur tal-provi mogħtija pprovduti minn Syndial u minn Polimeri Europa u talli ċaħdet il-konċessjoni ta'li tikkonċedi tnaqqis ta' l-ammont tal-multa skond l-imsemmija komunikazzjoni.

____________