Language of document : ECLI:EU:T:2009:138






Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009 – ars Parfum Creation & Consulting vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-fwieħa)

(Kawża T-104/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ flixkun tal-fwieħa – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1)(b), Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40, 42, 46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1656/2006‑1), dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ flixkun tal-fwieħa bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

ars Parfum Creation & Consulting GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li għandha l‑forma ta’ flixkun tal-fwieħa għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 4995361

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ars Parfum Creation & Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.