Language of document : ECLI:EU:T:2011:97





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Marzu 2011 – Visti Beheer vs UASI – Meister (GOLD MEISTER)

(Kawża T‑372/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja GOLD MEISTER – Trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja preċedenti MEISTER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21-24, 37, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1465/2008‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meister & Co. AG u Visti Beheer BV.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Visti Beheer BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva GOLD MEISTER għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 35, 37, 40 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5243209

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Meister & Co. AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Ġermaniża Nru 39534716 u Trade mark Komunitarja Nru 2607737 MEISTER għal prodotti fil-klassi 14, billi l-oppożizzjoni hija intiża biss kontra r-reġistrazzjoni għall-prodotti ta’ din il-klassi

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Visti Beheer BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-UASI.

3)

Meister & Co. AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.