Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - El Corte Inglés vs UASI - Pucci International (Emidio Tucci)

(Kawża T-373/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b'mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Emilio Pucci International BV u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.