Language of document :

Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2021 minn Birkenstock IP GmbH u Birkenstock Sales GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-365/20 – Birkenstock Sales GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-498/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Birkenstock IP GmbH, Birkenstock Sales GmbH (rappreżentanti: N. Weber u D. Leisner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________