Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2021 minn Health Product Group sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-678/19, Health Product Group vs EUIPO

(Kawża C-483/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Health Product Group sp. z o.o. (rappreżentant: M. Kondrat, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li Health Product Group sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________