Language of document :

Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2021 minn “Rezon” OOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-487/20 – Rezon vs EUIPO

(Kawża C-476/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: “Rezon” OOD (rappreżentant: M. Yordanova-Harizanova, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat:

1) L-appell ma huwiex ammess.

2) “Rezon” OOD għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________