Language of document :

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 mir-Repubblika ta’ Ċipru mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-281/19 – Ċipru vs EUIPO

(Kawża C-538/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, BL, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-21 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li r-Repubblika ta’ Ċipru għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________