Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-854/19 – Franz Schröder vs EUIPO

(Kawża C-473/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Franz Schröder GmbH & Co. KG (rappreżentanti: L. Pechan, N. Fangmann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, RDS Design ApS

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Franz Schröder GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________