Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2021 mill-Innovative Cosmetic Concepts LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-196/20, Chanel vs EUIPO - Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO)

(Kawża C-523/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Innovative Cosmetic Concepts LLC (rappreżentanti: J. Oria Sousa-Montes, P. Revuelta Martos u I. Temiño Ceniceros, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Chanel

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma jiġix ammess.

____________