Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pfälzisches Oberlandesgericht - il-Ġermanja) – MS vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-522/21 1 , Saatgut-Treuhandverwaltung (KWS Meridian))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Regolament (KE) Nru 2100/94 – Deroga prevista fl-Artikolu 14(3) – Artikolu 94(2) – Ksur – Dritt għal kumpens – Regolament (KE) Nru 1768/95 – Artikolu 18(2) – Kumpens għad-dannu – Ammont minimu fil-forma ta’ somma f’daqqa kkalkolat fuq il-bażi ta’ erba’ darbiet it-tariffa tal-liċenzja – Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea – Invalidità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Pfälzisches Oberlandesgericht Zweibrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MS

Konvenut: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98 tat-3 ta’ Diċembru 1998, huwa invalidu.

____________

1     ĠU C 513, 20.12.2021.