Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2011 - Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta' bank - Għeluq ta' fergħa bħala kumpens - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-punti 5.4, 5.7 u 6.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3900 finali, tat-12 ta' Mejju 2009, fil-Każ C 43/2008 (ex N 390/2008) dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni tagħti favur ir-ristrutturazzjoni ta' WestLB AG, deċiżjoni li għandha tinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9525 finali, tal-21 ta' Diċembru 2010, fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 43/2009 - Il-Ġermanja - West LB, sa fejn minn dan l-artikolu jirriżulta li l-operazzjonijiet ġodda ta' Westdeutsche ImmobilienBank AG għandhom jitwaqqfu wara l-15 ta' Frar 2011.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

Id-digriet tal-31 ta' Jannar 2011, Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni (T-457/09 R), huwa rrevokat.

It-talbiet għal intervent ta' Westdeutsche ImmobilienBank AG, ta' Landschaftsverband Westfalen-Lippe, ta' Landschaftsverband Rheinland, ta' WestLB, tal-Land Nordrhein-Westfalen u ta' Rheinischer Sparkassen- und Giroverband tilfu l-iskop tagħhom.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________