Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – SR, RB vs Lietuvos Respublika

(Kawża C374/23, Adoreikė )1

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SR, RB

Konvenut: Lietuvos Respublika

Domandi preliminari

Il-valuri tad-demokrazija, tal-Istat tad-dritt, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja, stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu lill-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi tal-Istati Membri s-setgħa diskrezzjonali illimitata u esklużiva li jiffissaw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-remunerazzjoni tal-imħallfin f’livell li jiddependi biss mir-rieda tas-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi?

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll dawk tal-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], li jirrigwarda, inter alia, l-indipendenza tal-imħallfin, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-Istati Membri jintroduċu, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-remunerazzjoni tal-imħallfin inqas mir-remunerazzjoni jew mill-onorarji ffissati mill-Istat għall-membri ta’ professjonijiet legali oħra?

____________

1L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.