Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Gobierno de Aragón et vs Il-Kunsill

(Kawża T-150/11) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni dwar għajnuna intiża li tiffaċilita l-għeluq ta’minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gobierno de Aragón (Spanja); Principado de Asturias (Spanja); u Junta de Castilla y León (Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, E. Echeverría Álvarez u M. López Garrido, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u F. Florindo Gijón, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, L. Flynn u C. Urraca Caviedes, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Il-Gobierno de Aragón (Spanja), il-Principado de Asturias (Spanja) u l-Junta de Castilla y León (Spanja) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.